Il-kiri ta’ propjetà f’Malta sar jinvolvi ħafna karti, reġistrazzjoni mal-Awtorità tad-Djar, formoli u rekwiżiti oħra. Għal ħafna sidien, dan joħloq ħafna stress żejjed.
Aħna qegħdin hawn biex ngħinuk.
Nieħdu ħsieb li d-dokumenti tal-propjeta’ tiegħek jitħejjew, jintbagħtu u jiġu r-reġstrati kif suppost- biex inti tikri l-propjetà tiegħek b’serħan il-moħħ.
Noffru wkoll pariri prattiċi kontinwi dwar dak li trid tagħmel biex tibqa’ konformi mal-liġi tal-kiri.
Il-prezzijiet tagħna huma flessibbli u jiddependu minn dak li għandek bżonn, peress li kull każ huwa differenti.
Bħala gwida ġenerali, ħafna mis-servizzi tagħna jiswew €25.
Jekk għandek bżonn aktar minn servizz wieħed, noffru wkoll offerti aktar vantaġġużi.
Ċemplilna u niggwidawk pass pass.
Tinkwetax. Imla din il-formola u nċemplulek lura aħna